L-eks plejer internazzjonali Ingliż Joe Cole qal li wara t-telfa ta’ Manchester United kontra Brentford fil-Premier League, il-klabb għandu jikkunsidra li jneħħi lil Ruben Amorim. Hu spjega li l-armonija fil-klabb hi essenzjali u li r-responsabbiltà tal-manager hi li jerġa’ jġib il-kultura u l-ispirtu tat-tim, xi ħaġa li huma neqsin minnu bħalissa r-Red Devils.
Cole enfasizza li min jidħol għandu jsib mod kif iqawwi qalb il-plejers, il-klabb, il-bord, il-propjetarju u fuq kollox il-partitarji, u li hemm bżonn direzzjoni ġdida għal Manchester United biex jirritornaw fit-triq it-tajba.