Il-kowċ tat-tim nazzjonali tal-veterani Joe Micallef sejjaħ skwadra ta’ 17-il plejer għal-logħba internazzjonali ta’ ħbiberija li Malta għandha mat-tim Olandiż ta’ Schildwolde VV SGV.
Bħala goalkeepers, Micallef sejjaħ lil Roderick Debattista u Ivan Cassar filwaqt li bħala plejers hemm Andre Scicluna, Stephen Wellman, Justin Grioli, Brian Said, Jonathan Pearson, Gareth Magri, Steven Bonnici, Dino Cachia, Kevin Sammut, Adrian Lanzon, Daniel Cremona, Manolito Micallef, Jean Pierre Mifsud Triganza, Ian Zammit u Adam Smeir.
Din il-logħba se ssir nhar is-Sibt li ġej fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta u tibda fis-6pm.