Saturday, July 26, 2025

Joe Micallef jagħżel skwadra ta’ 24 plejer għal Jubilee Cup

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-Veterani se jieħu sehem fil-Jubilee Cup, kompetizzjoni prestiġġjuża organizzata mill-MFA bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-125 sena mit-twaqqif tagħha.

Il-Veterani Maltin kellhom staġun mill-aqwa fejn rebħu l-logħbiet kollha li lagħbu kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn Malta.

Micallef għażel skwadra ta’ 24 plejer hekk kif f’dawn il-jiem se jibda l-preparamenti tiegħu sabiex jaqtgħu wirja tajba f’din il-kompetizzjoni.

Din hi l-iskwadra magħżula minn Micallef:

Goalkeepers: Justin Spiteri, Matthew Camilleri, Matthew Xerxen
Difensuri: Brian Said, Carlo Mamo, Jonathan Pearson, Justin Grioli, Stephen Wellman, Steven Bonnici
Midfielders: Andrew Cohen, Beppe Muscat, Daniel Cremona, Dino Cachia, Gareth Sciberras, George Frendo, Kevin Sammut, Kurt Magro, Roderick Briffa, Thomas Paris
Attakkanti: Adam Smeir, Ian Zammit, JP Mifsud Triganza, Mano Micallef, Mark Barbara

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport