Sunday, December 22, 2024

Joel Matip jirbaħ l-unur tal-Player tax-Xahar tal-Premier League għal Frar

Aqra wkoll

Id-difensur ċentrali ta’ Liverpool, Joel Matip, rebaħ l-unur tal-Player tax-Xahar tal-Premier League għal Frar.

L-ex player internazzjonali tal-Kamerun kien vitali fl-erba’ rebħiet konsekuttivi tar-Reds fuq Leicester City, Burnley, Norwich City u Leeds United, filwaqt li rreġistra l-ewwel assists tal-istaġun fil-proċess.

Matip ipprova l-assist għat-tieni goal ta’ Diogo Jota fir-rebħa ta’ 2-0 fuq Leicester qabel temm ġirja mill-aqwa b’goal kontra Leeds, u kien parti minn difiża li sofriet goal wieħed biss fil-Premier League ix-xahar li għadda.

Il-wirjiet ta’ Matip issa ġew rikonoxxuti bil-premju tal-Player tax-Xahar, meta għeleb lil Harry Kane, Che Adams, Ryan Fraser, Ben Mee u Wilfried Zaha għall-għoti ta’ da nil-premju individwali.

Id-difensur ċentrali jsir it-tielet player ta’ Liverpool li rebaħ il-premju fl-istaġun 2021-22, b’Mohamed Salah u Trent Alexander-Arnold jirbħu l-premju tal-POTM f’Ottubru u Novembru rispettivament.

Matip diġà għamel 31 dehra ma’ Liverpool fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun u rritorna fl-azzjoni wara li kien marid fil-konfront taċ-Champions League kontra Inter f’nofs il-ġimgħa.

Ekonomija

Sport