Wednesday, April 24, 2024

Joffrilu li jħallaslu għall-kura medika wara argument f’Paceville

Aqra wkoll

Żagħżugħ li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li wieġeb mhux ħati wara li kien mixli li kien involut fi ġlieda f’Paceville.

Fil-Qorti ntqal kif fis-27 ta’ Novembru l-Pulizija arrestat żewġt irġiel ftit wara li kienet seħħet ġlieda. Kien missier il-vittma stess li mar l-għassa tal-Pulizija f’San Ġiljan biex jirrapporta, u l-Pulizija marru fuq il-post u għarfu lill-akkużat.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-vittmi kienu qegħdin biswit ristorant meta l-akkużat kellu xi jgħid magħhom, u allegatament qalgħu daqqiet ta’ ponn fuq rashom u wiċċhom u anke ntlaqtu minn flixkun.

Din il-ġlieda ma dehret fuq l-ebda kamera tas-sigurtà u l-akkużat ingħata l-libertà proviżorja. Minkejja dan, il-Pulizija rċeviet żewġ rapporti li l-akkużat avviċina wieħed mill-vittmi u offra li jħallaslu għall-kura medika, u qallu li aħjar ikun ħabib, milli l-għadu tiegħu.

Sport