Johan Attard żamm it-titlu taċ-Champion ta’ Malta tal-Blackball wara li għeleb lil Stephen Mangion 10-9 f’finali mill-isbaħ fl-MBF Arena f’Birkirkara.
Attard beda tajjeb ħafna hekk kif kiseb vantaġġ ta’ 5-1 iżda Mangion wettaq rimonta kbira tant li dawwar l-iskor għal 7-5 favurih.
Lejn l-aħħar tal-logħba l-iskor kien 9-9 u kien propju Attard li daħħal il-boċċa rebbieħa sabiex seta’ jiċċelebra t-titlu.
Din kienet il-ħames darba li Johan Attard rebaħ iċ-champion ta’ Malta, xhieda tal-forma kbira li jinsab fiha.
Fi tmiem il-konfront il-membru anzjan Lino Lauro ippereżenta t-trofew lil Johan Attard.