Ħafna huma dawk li jħobbu jgħinu lil xi għaqda partikolari billi flok jaqilgħu rigal għalihom personali, jiġbru donazzjoni biex b’hekk igawdu dawk li huma fil-bżonn.
Fost dawn, hemm ukoll anzjan ta’ 89 sena li qed jieħu joħloq dekorazzjonijiet tal-Milied sabiex imbagħad jinbiegħu u l-flus kollha jmorru għal Puttinu Cares.
Hekk kif dawn id-dekorazzjonijiet ikunu lesti, ser jinbiegħu f’Dar Madonna tal-Mellieħa, l-istess dar fejn qed jgħix bħalissa Emmanuel Pace.
Din l-għaqda rringrazzjatu ta’ dan il-ġest sabiħ f’isem il-pazjenti li hemm taħt il-kura tagħhom.