L-istilla tal-WWE John Cena kompla jżid mal-esperjenzi tiegħu b’sapport lil tfal morda biex waqqaf rekord ġdid li kien kiser hu stess xi snin ilu.
Fl-età ta’ 45 sena, John Cena rnexxielu jgħin lil 650 tifel u tifla b’mard kritiku permezz tas-sapport tiegħu lill-fondazzjoni Make-A-Wish.
Bħala wieħed mill-aktar wrestlers professjonali segwiti, rebbieħ ta’ 16-il titlu, Cena mhux l-ewwel darba li tkellem dwar l-importanza li dak li jkun jgħin anke billi fil-passat serva bħala l-wiċċ tal-industrija f’kampanja kontra l-bullying.
L-aħħar tifel li għen Cena kien proprju tifel Ukren li ħalla pajjiżu lejn l-Olanda minħabba l-ġlied f’pajjiżu. Misha Rohozhyn ta’ 19-il sena, ħarab minn Mariupol f’Marzu li għadda u kien imwiegħed li mal-wasla f’post iżjed sigur kien se jiltaqa’ ma’ Cena.
Mal-wasla tagħhom fl-Olanda, Misha kien verament diżappuntat, iżda kif Cena sema’ dwar iż-żagħżugħ telaq kollox u ħalla Londra biex jirranġa l-affarijiet hu.
Filwaqt li ppreżenta liż-żagħżugħ b’diversi oġġetti li jfakkruh fih, Cena kkumpara l-muskoli tiegħu ma’ ta’ Misha hu rringrazzjah talli tah is-saħħa li jkompli jgħin aktar persuni bħalu.