L-offerent ta’ Chelsea, Stephen Pagliuca, żvela li John Terry qed jappoġġja l-isforz tiegħu biex isir is-sid il-ġdid ta’ Chelsea.
Pagliuca huwa wieħed mill-erba’ kandidati li fadal fit-tellieqa biex jixtri l-club tal-Premier League wara li tpoġġa għall-bejgħ minn Roman Abramovich.
Jingħad li Raine Group qal lill-kwartett finali li l-proposti emendati finali tagħhom iridu jiġu sottomessi matul tmiem din il-ġimgħa.
Pagliuca ta’ 67 sena, li huwa l-koproprjetarju ta’ Boston Celtics, issa ħareġ stqarrija biex jiżvela li l-leġġenda tal-club Terry, parti mit-‘True Blues Consortium’, qed jappoġġja l-offerta tiegħu biex jieħu f’idejh il-club mingħand il-biljunarju u l-oligarka Russu, Abramovich.
Fi stqarrija, Pagliuca qal li: “Il-grupp jilqa’ l-appoġġ tat-True Blues Consortium, organizzazzjoni ddedikata lil Chelsea FC u ffukata fuq li tirrappreżenta l-interessi tal-partitarji għall-club.”
L-istqarrija żvelat ukoll li Larry Tanenbaum, iċ-chairman tal-NBA u sid ta’ Maple Leaf Sports and Entertainment, kien qabel li jsir il-‘co-managing partner’ tal-offerta.