Tuesday, December 24, 2024

Johnson mistenni jikkontesta għat-tmexxija wara r-riżenja ta’ Truss

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks Prim Ministru Ingliż Boris Johnson mistenni jikkontesta għall-kariga ta’ kap tal-partit tal-Konservattivi wara r-riżenja ta’ Liz Truss.

Skont rapporti jidher li Johnson jinsab fuq btala fil-Karibew, madanakollu huwa mifhum li dan jirritorna lura pajjiżu mill-aktar fis wara li bdiet tinxtered l-aħbar tar-riżenja tal-Prim Ministru Ingliż wara biss 45 jum.

F’vot li ttieħed aktar kmieni bejn il-membri tal-partit, Johnson irriżulta bħala s-suċċessur favorit. Dan hekk kif irnexxielu jikseb 32 fil-mija, segwit minn Rishi Sunak bi 23 fil-mija u Ben Wallace b’10 fil-mija.

Intant fl-aħħar sigħat Truss ħabbret li hi rebħet b’mandat li tbiddel is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż u li minħabba li mhix f’pożizzjoni li sservi skont il-wegħdiet tagħha ma kellhiex għażla oħra ħlief li tirreżenja. Hija kkonfermat li se tkun qiegħda tkompli bħala Prim Ministru sakemm jinstab is-suċċessur tagħha.

Ekonomija

Sport