Saturday, February 14, 2026

Joħroġ it-tender tad-drones għal ġarr ta’ mediċini

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar li ħareġ it-tender tad-drones għal ġarr ta’ mediċini. 

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru Abela ddeskriva dan bħala rivoluzzjoni fit-trattament tal-kanċer għall-Għawdxin. 

Kien ftit tal-jiem ilu meta tħabbar li se tinħareġ sejħa pubblika għal servizz ta’ drones sabiex jiġi stabbilit trasferiment spedit ta’ materjal farmaċewtiku u bijoloġiku bejn l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Dan il-mezz ta’ trasport ħa jservi wkoll sabiex kampjuni tad-demm, fluwidi u tessuti jkunu jistgħu jitwasslu b’mod mgħaġġel li jirriżulta f’dijanjosi robusta li twassal għal-livell ta’ kura aħjar.

Dan is-servizz se jsir b’investiment ta’ aktar minn miljun ewro fis-sentejn li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport