Thursday, September 4, 2025

Jonathan Borg … sewwieq ewlieni veteran tal-Motocross f’pajjiżna

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Motocross?

Bdejt minn meta kont żgħir bil-BMX imbagħad bdejt il-Motocross.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Irbaħt żewġ Kampjonati tal-Veterani u ġejt runner-up fil-Kampjonat Malta – Sqalija.

Kif tqis il-livell tal-Motocross f’pajjiżna fil-preżent?

Il-livell tal-motocross hawn Malta għola ħafna. Fl-aħħar kompetizzjoni li kellna fi Sqalija minn 11-il xufier irbaħna tmien ‘podiums’ u l-ogħla kategorija ntrebħet minn xufier Malta.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Motocross?

Il-futur tiegħi huwa li nibqa’ nieħu pjaċir li nipprattika dan l-isport u nara t-talent tax-xufiera żgħażagħ f’pajjiżna jkompli wkoll jikber.

Għaddi messaġġ finali lil kull min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-Motocross.

Trid tkun dejjem lest għal ċerti sfidi u turi determinazzjoni assoluta!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport