Is-sitwazzjoni tad-difensur ċentrali Ġermaniż Jonathan Tah ma’ Bayer Leverkusen hi ferm inċerta hekk kif għadu ma ħax deċiżjoni definittiva fuq il-futur tiegħu.
Minkejja li d-diriġenti tal-klabb minn Leverkusen ilhom jitkellmu miegħu, hu iktar qed jinteressa ruħu li jmur jilgħab ma’ Bayern Munich li jinsabu fil-vantaġġ li jiksbu l-firma tiegħu.
Tah għandu 29 sena u ilu ma’ Bayer Leverkusen sa mis-sena 2015 fejn skorja 14-il gowl f’278 logħba.