Saturday, December 21, 2024

Jonathan Tah se jitlaq lil Bayer Leverkusen fl-aħħar ta’ dan l-istaġun

Aqra wkoll

Id-difensur internazzjonali Ġermaniż Jonathan Tah ħabbar li fl-aħħar ta’ dan l-istaġun se jkun qed iħalli lil Bayer Leverkusen hekk kif mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu.

Minkejja li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu mat-tim immexxi minn Xabi Alonso, Tah sostna li se jagħti dak kollu possibbli sabiex it-tim jerġa’ jirbaħ il-kampjonat.

Hemm min qed jgħid li Tah se jingħaqad ma’ Bayern Munich fil-bidu tal-istaġun li ġej. Oħrajn qalu li ma tagħmilx ġid li dan il-plejer jesprimi l-opinjoni tiegħu issa li għadu kemm beda staġun ġdid.

Ekonomija

Sport