Sunday, December 22, 2024

Jonqos il-qgħad matul ix-xahar ta’ Settembru

Aqra wkoll

F’Settembru li għadda, in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien dak ta’ 955, li jfisser tnaqqis ta’ 397 meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
Stastistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li kien hemm tnaqqis ta’ 389 persuna jirreġistraw taħt Part 1 u tnaqqis ta’ 8 persuni jirreġistraw taħt Part 2.

It-tnaqqis fil-livell tal-qgħad kien irreġistrat fil-gruppi kollha ta’ etajiet, kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.
Dawk li kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal inqas minn 21 ġimgħa u bejn 21 u 52 ġimgħa naqsu meta mqabbel ma’ Settembru 2021. Tnaqqis akbar iżda kien irreġistrat fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena.

L-ammont ta’ persuni b’diżabilità jfittxu xogħol naqas b’41, biex laħħqu l-221 persuna. Il-parti l-kbira tagħhom kienu rġiel (77.4%).

Ekonomija

Sport