L-għadd ta’ nies li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fi Frar li għadda naqsu b’84 persuna fuq Frar tal-2022. Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
In-numru ta’ persuni b’diżabilità jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 23 persuna fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel. Il-livell ta’ dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol wera tnaqqis fost l-etajiet kollha, ħlief fost dawk fl-età ta’ bejn it-30 u l-44 sena.
Impjiegi ta’ appoġġ klerikali kien ix-xogħol l-aktar imfittex minn dawk li kienu qegħdin jirreġistraw.