Saturday, December 21, 2024

Jonqsu dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt feġġew 96 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 95 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 725.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 34 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

It-total ta’ mwiet tela’ għal 602 wara li fl-aħħar sigħat miet raġel ta’ 65 sena waqt li kien pożittiv għall-virus.

Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu ngħataw 1,240,944 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 342,310 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport