Sunday, November 10, 2024

Jonqsu għal 27 il-pazjenti fl-Isptar minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa feġġew 98 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 72 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. It-total ta’ każi attivi bħalissa huma 800.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 27 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

L-imwiet relatati mal-imxija tal-Covid-19 baqgħu 607 wara li fl-aħħar sigħat ma kien kien reġistrat l-ebda każ ta’ mewt.

Sal-Ħamis filgħaxija kienu ngħataw 1,244,469 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 343,990 kienu dożi tal-booster.

Sport