Sunday, November 24, 2024

Jonqsu l-fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol

Aqra wkoll

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġew rappurtati 1,062 aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol. Dawn iċ-ċifri juru titjib fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra u jindikaw li l-inċidenti naqsu bi 8.8 fil-mija li jfissru 102 inċidenti inqas.

Fl-istess perijodu, minn Jannar sa Ġunju 2023, l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà rċeviet rapport ta’ fatalità waħda fuq post tax-xogħol. Dan ifisser tnaqqis ta’ tmien fatalitajiet meta mqabbel mal-2022, għaliex is-sena l-oħra ġew irreġistrati disa’ fatalitajiet.

Iċ-ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO), għall-perijodu bejn Jannar u Ġunju 2023, juru li l-industrija tal-manifattura għadha s-settur li fih isiru l-parti l-kbira tal-inċidenti. Fil-fatt, l-inċidenti mhux fatali fl-industrija tal-manifattura laħħqu l-14 fil-mija segwit mis-settur tat-trasport u l-ħażna bi 13.5 fil-mija.

L-iktar inċidenti li seħħew kienu f’xogħlijiet elementari u l-etajiet ta’ dawk li korrew kienu bejn il-35 u l-44 sena. 72.3 fil-mija tal-inċidenti kollha fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jinvolvu ħaddiema Maltin.

Sport