Il-każi attivi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa niżlu għal 370. Dan hekk kif fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat feġġew 16-il każ ġdid u rkupraw 37 persuna mill-virus.
Rigward dawk rikoverati fl-Isptar minħabba l-Covid-19 ntqal li hemm 13-il persuna rikoverati u li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-kura intensiva.
It-total tal-vittmi tal-Covid-19 baqa’ 457 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt.
Dwar l-għoti ta’ tilqim f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ingħataw 818,593 doża tal-vaċċin li minnhom 8,171 huma booster dose.