In-numru ta’ nies li rkupraw mill-virus matul dawn l-aħħar 24 siegħa kien jiżboq in-numru tal-każi ġodda, hekk kif minn 3,189 swab test kienu reġistrati 103 każ ġdid filwaqt li fiequ 123 persuna.
Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi niżel marġinalment għal 2,151.
Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi rapportati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 14-il każ ta’ persuni li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ qarib tagħhom diġà pożittiv għall-Covid-19, tmien każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, tliet każi ta’ persuni li kienu ġew f’kuntatt ma’ każi oħrajn pożittivi, u żewġ każi li kienu importati.