Wednesday, August 27, 2025

Jonqsu l-persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Lulju

Aqra wkoll

FʼLulju 2025, in-numru taʼ persuni jirreġistraw għax-xogħol kien taʼ 1,012, tnaqqis taʼ 109 persuni meta mqabbel mal-istess xahar fl-2024.

Tagħrif taʼ Jobsplus juri li, sena għal sena, fʼLulju 2025 kien hemm tnaqqis taʼ 106 persuni fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Qgħad u tnaqqis taʼ tliet persuni jirreġistraw fit-Tieni Parti tal-istess reġistru. L-irġiel kienu jgħoddu mal-65.9 fil-mija (667 persuna), filwaqt li n-nisa kienu jgħoddu 34.1 fil-mija (345 persuna) taʼ dawk li kienu qegħdin jirreġistraw. Dawk fl-età taʼ 45 sena jew aktar irreġistraw l-akbar tnaqqis fl-għadd tal-qiegħda, li jiġi daqs 48 persuna jew 10.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024.

Sena għal sena, kien irreġistrat tnaqqis fil-meded kollha taż-żmien tar-reġistrar, bl-akbar tnaqqis jidher fl-għadd taʼ dawk li kienu ilhom jirreġistraw għal anqas minn 21 ġimgħa. Din il-kategorija rat tnaqqis taʼ 58 persuna. Iż-żewġ kategoriji l-oħra, dawk li kienu fuq ir-reġistru għal bejn 21 u 52 ġimgħa, u dawk li kienu ilhom jirreġistraw iżjed minn sena kellhom tnaqqisiet taʼ 28 u 23 persuna, rispettivament.

FʼLulju 2025, in-numru taʼ persuni bʼdiżabbiltà li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol naqas bi 23 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, u kien taʼ 207 persuni. L-irġiel kienu jgħoddu mal-75.8 fil-mija tagħhom.

L-irġiel u n-nisa fir-reġistru tal-qgħad kienu qed ifittxu l-aktar impjiegi taʼ appoġġ klerikali, bʼ26.8 fil-mija u bi 38.0 fil-mija, rispettivament.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport