Thursday, November 7, 2024

Joqorbu lejn żewġ miljuni l-każi ta’ Coronavirus fl-Istati Uniti

Aqra wkoll

L-aħħar figuri juru li t-tixrid tal-Coronavirus fl-Istati Uniti daqt iwassal biex jintleħqu ż-żewġ miljun każ. 

Sal-bieraħ filgħaxija, fl-Istati Uniti kien hemm 1,999,900 każ ikkonfermat u aktar minn 112,908 każ ta’ mewt. 

Din l-informazzjoni nġabret mill-Università John Hopkins li ssostni li l-Istati Uniti huma l-aktar pajjiż li kellu każi u anke mwiet. 

Matul din il-ġimgħa, kien hemm mal-21 stat li raw l-akbar ammont ta’ każi, u dan wara li ġew rilaxxati bosta miżuri, fosthom il-vaganza ta’ Jum il-Memorja li tissimbolizza l-ftuħ tal-vaganzi tas-sajf.  

Sport