Wednesday, December 25, 2024

Joqtol lil martu u lil bintu… ħaseb li martu kienet taqlibhielu iżda kien żbaljat

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Missier allegatament qatel lil martu u lil bintu  għax hu ħaseb li huma kienu ‘wisq qrib ta’ xulxin’.  Hu beda jaħseb li l-mara kienet qed taqlibhielu.

Marcin Zdun li hu ħaddiem ta’ Tesco fil-belt ta’ Salisbury fir-Renju Unit hu akkużat li qatel lil matu u l-binti billi ħanxrilhom għonqhom. 

Jidher li l-allegat qtil seħħ ftit jiem biss wara li martu Aneta infurmatu li tridi id-divorzju. Hi kienet talbitu ukoll biex jitlaq mid-dar.

Hu beda jemmen li martu u bintu kienu saru ‘qrib xulxin’ u hu beda jara li ma jistax jikkontrollahom aktar. Zdun, b’mod żbaljat beda jaħseb li martu li hi fizjoterapista kien qed ikollha relazzjoni ma’ kollega tiegħu.

Zdun ammetta li qatilhom fil-Qoti imma ddikjara li ma jiftakar xejn minn dan l-attakk li wettaq fuqhom. Il-prosekuzzjoni qalet li l-missier iddeċieda li joqtol lil martu u lil bintu mhux għax kellu xi problemi ta’ saħħa mentali imma għax kien għajjur għalihom u rrabjat. 

Il-qtil kien wieħed xokkanti tant li xi ġirien semgħu it-twerżiq.  Filfatt wieħed mill-ġirien xehed li  darba minnhom sema ħafna għajat u twerżiq. Jgħid li mar jara x’ġara u hemm ra lil Marcin b’sikkina f’idejh jattakka lil Aneta u Nikoleta.  Il-missier għandu żewġ itfal oħra minn Aneta u dawn illum qed jgħixu l-Polonja.

Ekonomija

Sport