Thursday, November 20, 2025

Joqtol lil oħtu u jċempel lil ommu biex juriha li qatilha

Aqra wkoll

Il-Pulizija Taljana qegħdin jinvestigaw qtil mill-aktar makabru hekk kif allegtament Vincenzo Riccardi ta’ 25 sena qatel lil oħtu fid-dar tal-ġenituri tiegħu f’Nola, villaġġ li jinsab ftit ‘il barra min-Napli.

Hekk kif Vincenzo qatel lil Noemi li kellha 23 sena, ċempel lil ommu permezz ta’ video call fejn uriha dak li kien għadu kemm wettaq.

Wara imbagħad ċempel lil Carabinieri biex jinformhom li kien għadu kemm wettaq qtil.

Fi ftit ħin il-pulizija u timijiet mediċi marru fuq il-post, iżda kien kollu għal xejn biex isalvaw lil Noemi minħabba l-feriti gravi li kellha.

L-allegat qattiel qal lill-Pulizija li dak li wettaqt, wettqu waqt mument ta’ “ġenn”. Hu ġie arrestat u mistenni jitressaq il-qorti fil-ħin li ġej f’Qorti fl-istess provinċja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport