Wednesday, October 9, 2024

Jordan Pickford jista’ jdum xahar barra mill-azzjoni

Aqra wkoll

Everton qalgħu daqqa ta’ ħarta bl-aħbar li l-goalkeeper Jordan Pickford jista’ jqatta’ xahar barra mill-azzjoni minħabba injury fil-koxxa.

Minkejja l-kritika tal-forma tiegħu matul l-istaġun 2021-22, il-goalkeeper internazzjonali Ingliż reġa’ lura għall-aqwa tiegħu matul l-ewwel ġimgħat tal-istaġun il-ġdid.

Pickford sofra biss sitt goals f’daqstant logħbiet, inkluż li żamm clean sheet waqt id-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Sport