Il-goalkeeper internazzjonali Ingliż, Jordan Pickford, mistenni jqajjem senazzjoni kbira hekk kif qed jagħti indikazzjoni li mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Everton.
Dan se jġiegħel bosta clubs biex jidħlu fil-kjú għall-firma tiegħu fosthom, Manchester United, Leeds United u Aston Villa, b’dawn tal-aħħar iriduh biex iċedu lill-Arġentin, Emiliano Martinez, wara l-imġieba ħażina tiegħu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja.