Il-goalkeeper internazzjonali Ingliż Jordan Pickford se jkun qed jiġi offrut kuntratt ġdid mill-klabb tiegħu Everton. Fil-fatt qed jiġi msemmi ftehim li jtul sa Ġunju 2030. Hu sar l-idolu tal-partitarji tat-Toffees u din hi aħbar tajba għalihom.
Fl-istess waqt Everton iridu jxejnu l-interess ta’ Barcelona u Bayern Munich li wkoll iridu s-servizzi tiegħu.
Pickford għandu 30 sena u lagħab 270 darba ma’ Everton.