Chelsea mistennija jiktbu lil Everton sabiex jiksbu s-servizzi tal-goalkeeper internazzjonali Ingliż Jordan Pickford. Dan tal-aħħar għandu 30 sena u ilu mat-Toffees sa mis-sena 2017 fejn lagħab 252 logħba.
L-istess Pickford qed jikkunsidra din l-offeta anke għax Everton għandhom problemi finanzjarji u l-bejgħ tal-eks goalkeeper ta’ Preston u Sunderland jaf ifisser qligħ kbir.
Pickford lagħab 60 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż u hu għażla naturali tal-kowċ Gareth Southgate.