Sunday, November 10, 2024

Jordi Alba ‘jaċċetta’ l-kritika tal-forma tiegħu

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Barcelona, Jordi Alba, qal li issa qed ‘jaċċetta’ l-kritika tal-forma tiegħu, bl-Ispanjol isostni li ilu ‘fil-mira tal-kritika’ għal numru ta’ snin.

Il-player ta’ 32 sena għamel 23 dehra mal-ġganti Katalani matul l-istaġun 2021-22 minkejja li kien assenti għal perjodi tal-istaġun minħabba injury u l-COVID-19.

Alba tħabat biex juri l-aħjar forma tiegħu għat-team ta’ Xavi dan l-istaġun, madankollu, li wassal għal kritika.

Il-player internazzjonali ta’ Spanja qal li l-prestazzjonijiet qawwija tiegħu qatt ma jiġu rikonoxxuti, iżda issa wasal biex jaċċettaha bħala “parti miċ-ċirku” fil-football.

“Ħassejtni fiċ-ċentru tal-kritika għal ħafna snin,” qal Alba lill-ġurnalisti. “Din mhix l-ewwel darba li ġratli u naċċetta kull kritika, peress li hija parti miċ-ċirku li jiġi ġġenerat fil-football.”

“Jekk nilgħab logħba tajba, il-kritiċi ma jitkellmux dwarha, imma jekk nilgħab ħażin, inkun fil-mira ta’ kritika xi drabi inġusta. Imma dan huwa normali u naċċettah.”

Alba pprovda sitt assists fi 23 ħarġa għal Barcelona matul l-istaġun 2021-22 u lagħab id-90 minuta sħaħ fir-rebħa ta’ 1-0 tal-Ħadd fuq Alaves fil-La Liga.

Sport