Thursday, October 9, 2025

Jordi Alba se jirtira mill-futbol

Aqra wkoll

Jordi Alba ħabbar li se jirtira mill-futbol wara li jispiċċa l-istaġun tal-Major League Soccer 2025. Il-plejer Spanjol ta’ 36 sena, magħruf għall-karriera tiegħu ma’ Barcelona u mat-tim nazzjonali ta’ Spanja, se jagħlaq kapitlu importanti f’karriera mimlija unuri u suċċessi.

Alba, li rebaħ il-UEFA Champions League, diversi titli ta’ La Liga u l-Kampjonat Ewropew 2012 bħalissa qed jilgħab fl-Istati Uniti iżda qal li wasal iż-żmien jagħti l-pass lura u jgawdi aktar ħin mal-familja tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport