Sunday, October 27, 2024

Jorginho ‘joħlom’ li jirritorna fis-Serie A fl-Italja

Aqra wkoll

L-aġent ta’ Jorginho, Joao Santos, żvela li l-klijent tiegħu jista’ jħalli lil Chelsea dan is-sajf hekk kif għandu ‘ħolma’ li jirritorna fis-Serie A fl-Italja.

Il-player ta’ 30 sena kien midfielder ewlieni għat-team ta’ Thomas Tuchel dan l-istaġun, fejn skorja disa’ goals u rreġistra tliet assists fi 38 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-futur fit-tul ta’ Jorginho fi Stamford Bridge huwa maħsub li hu inċert, bil-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju 2023, u l-problema attwali fit-tmexxija ta’ Chelsea tfisser li l-Blues ma jistgħux jestendu l-ftehim tiegħu minħabba s-sanzjonijiet imposti fuq Roman Abramovich.

Santos qabel żvela li Juventus kienu esprimew l-interess tagħhom li jiffirmaw lil Jorginho, iżda issa sostna li l-klijent tiegħu jista’ jilgħab ukoll ma’ AC Milan, Inter Milan, Napoli jew Roma jekk jiddeċiedi li jħalli lil Chelsea, filwaqt li żied jgħid ukoll li Paris Saint-Germain u Barcelona qabel kellhom taħditiet mal-midfielder.

Minn mindu ngħaqad ma’ Chelsea mingħand Napoli fl-2018, Jorginho għamel 179 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, u rebaħ erba’ trofej ewlenin fosthom it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs matul ix-xahar li għadda.

Sport