Sunday, December 22, 2024

Jorginho u Ruben Loftus-Cheek jistgħu jitilfu l-partita ta’ Chelsea kontra Wolves

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Chelsea, Thomas Tuchel issuġġerixxa li mill-inqas wieħed minn bejn Jorginho u Ruben Loftus-Cheek jistgħu jitilfu l-partita tal-Ħadd mill-Premier League kontra Wolverhampton Wanderers.

Dawn iż-ewġ players lagħbu għall-Blues fid-draw ta’ 1-1 kontra Everton nhar il-Ħamis filgħaxija, imma Tuchel ġie msaħħaħ mir-ritorn ta’ Trevoh Chalobah u N’Golo Kante.

Meta indirizza mistoqsija dwar Mateo Kovacic, li rritorna biss għat-taħriġ nhar il-Ġimgħa wara li kien infettat bil-Coronavirus, Tuchel ta ħjiel li jista’ jsejjaħ lill- il-Kroat fi tmiem il-ġimgħa.

Tuchel qal: “Jorginho huwa f’dubju għall-Ħadd minħabba li huwa muġigħ. Għandna wkoll lil Ruben Loftus-Cheek dubjuż minħabba li huwa wkoll muġugħ.”

Kovacic ilu assenti għal Chelsea minn Ottubru 26 u rritorna għat-taħriġ wara li ttestja pożittiv għall-coronavirus aktar kmieni dan ix-xahar.

Ekonomija

Sport