Jose Gimenez ta’ Atletico Madrid, Alessandro Bastoni ta’ Inter u Pau Torres ta’ Villarreal huma tliet difensuri ċentrali fil-lista qasira ta’ Manchester City qabel l-istaġun 2022-23.
Is-Citiżens diġà qablu dwar ftehimiet biex jiffirmaw lill-attakkanti Erling Braut Haaland u Julian Alvarez iżda ċ-chairman Khaldoon Al Mubarak żvela li l-club se jfittex li jiffirma “żewġ players oħra” matul dan is-sajf.
Filwaqt li s-sejba ta’ sostitut f’nofs il-ground għal Fernandinho tidher li hija fuq l-aġenda tagħhom, Man City huma wkoll maħsuba li qed ifittxu difensur ċentrali ġdid, b’rapport wieħed jgħid li huma miftuħa li jbiegħu lil Aymeric Laporte, filwaqt li ieħor stqarr li Nathan Ake huwa liberu li jħalli l-club dan is-sajf.