Id-difensur ċentrali ta’ Atletico Madrid, Jose Gimenez, ġie eskluż mill-ewwel leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League tat-team tiegħu kontra Manchester City minħabba injury.
Il-player ta’ 27 sena lagħab 86 minuta tar-rebħa ta’ tmiem il-ġimgħa fuq Alaves iżda ħalla l-ground fl-aħħar ftit mumenti tal-partita minħabba injury, b’Felipe jkun utilizzat bħala sostitut minfloku.
Gimenez deher li ġarrab injury muskolari fir-rebħa tas-Sibt li għadda, u l-internazzjonali Urugwajan mhux se jkun qed jagħmel il-vjaġġ lejn Manchester għall-ewwel leg illum it-Tlieta.
Gimenez ma jinsabx fuq il-lista finali tal-iskwadra ta’ Atletico għal din il-partita, filwaqt li Hector Herrera huwa nieqes ukoll minħabba injury fil-hamstring.