Il-kowċ Portugiż José Mourinho għandu pjan ambizzjuż għat-tim il-ġdid tiegħu Benfica. Fil-fatt hu qed jaħseb biex iġib lill-attakkant veteran Karim Benzema. L-attakkant Franċiż, li bħalissa jilgħab ma’ Al-Ittihad, għandu kuntratt sal-2026 iżda jista’ jerġa’ lura l-Ewropa.
Mourinho diġà ħa l-inizjattiva personali u tkellem direttament ma’ Benzema, li kien taħtu fi żmien Real Madrid. Madankollu, it-trattativa mhux se tkun faċli minħabba s-salarju għoli tal-plejer u l-fatt li l-klabb Saudi irid jestendi l-ftehim tiegħu għal sena oħra.