Monday, November 11, 2024

José Mourinho jirriżenja mill-bord tal-football tal-UEFA

Aqra wkoll

José Mourinho rriżenja mill-bord tal-football tal-UEFA wara biss xahrejn wara li ngħata sospensjoni ta’ erba’ logħbiet wara li nstab ħati ta’ mġieba ħażina fil-finali tal-UEFA Europa League. 

Il-coach ta’ Roma bagħat ittra lill-kap tal-football tal- UEFA, Zvonimir Boban, li jippresiedi l-bord, fejn informa lill-korp governattiv bid-deċiżjoni tiegħu wara li ġie kkastigat għall-“lingwaġġ abbużiv” immirat lejn ir-referee Ingliż, Anthony Taylor,  waqt u wara l-finali. 

Li ‘Special One’ kemm-il darba indirizza l-frustrazzjoni tiegħu lejn l-uffiċjali tal-logħba matul il-partita kollha qabel ma stennieh fil-parkeġġ u kkonfrontah b’tgħajjir ta’ kliem abbużiv. 

L-ittra tiegħu kienet tgħid: “Filwaqt li nirringrazzjak għall-istedina li tajtni biex inkun membru tal-bord tal-football tal-UEFA, jiddispjaċini ninfurmakom li, b’effett immedjat, se nkun qed nirrinunzja mill-parteċipazzjoni tiegħi f’dan il-grupp.

“Il-kundizzjonijiet li tant emmint fihom meta ngħaqadt m’għadhomx u ħassejt l-obbligu li nieħu din id-deċiżjoni. Ġentilment nitlob li tikkomunika wkoll id-deċiżjoni tiegħi lill-President Aleksander Ceferin.”

Mourinho ingħaqad mal-bord f’April li għadda meta twaqqaf minn Boban u l-eks uffiċjal Roberto Rosetti.

Sport