Sunday, December 22, 2024

José Mourinho se jkun il-coach il-ġdid tal-Brażil?

Aqra wkoll

Rapporti qed isostnu li l-coach Portugiż ta’ Roma, José Mourinho, jista’ jkun il-coach il-ġdid ta’ Brażil. 

Il-coach tal-Giallorossi kien marbut ħafna mat-team nazzjonali Portugiż wara t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar u kien rappurtat li ġie offrut iċ-ċans li jikkowċja liż-żewġ timijiet fl-istess ħin. 

Iżda Mourinho wera l-impenn tiegħu lejn Roma, u jemmen fil-proġett fil-kapitali Taljana, iżda għadhom qed jiċċirkolaw xnigħat dwar il-kandidatura possibbli tiegħu għar-rwol vakanti tal-Brażil.

Il-leġġendarju Brażiljan, Carlos Alberto, jemmen li fil-futur qrib Mourinho jista’ jmexxi lit-team tal-Brażil. Huwa qal: “Nemmen li Mourinho se jkun il-coach il-ġdid tat-team nazzjonali Brażiljan. Din hija aħbar. Saħansitra offra li nkun l-assistent tiegħu.”

Mourinho, 59 sena, huwa kuntrattat ma’ Roma sa Ġunju 2024 u għadu appoġġat mis-sidien tal-club – il-familja Friedkin. L-istaġun li għadda, huwa mexxa lill-Giallorossi għall-ewwel titlu Ewropew tal-Europa Conference League u issa qed jissieltu għal post mal-ewwel erbgħa fil-kampjonat.

Il-preżenza tiegħu fuq il-bank ta’ Roma għenet biex tikkonvinċi players bħal Paulo Dybala u Georginio Wijnaldum biex jissieħbu mal-club tal-belt kapitali Taljana. 

Ekonomija

Sport