Friday, December 27, 2024

Josef Bonavia, Danica Bonello Spiteri jirbħu l-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon

Aqra wkoll

Birkirkara St Joseph Sports Club organizza l-ewwel impenn tiegħu fil-Kalendarju tat-Tlielaq tal-2024 meta organizza l-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon ġewwa Fleur-de-Lys.

It-tellieqa kienet tikkonsisti minn ġirja ta’ 8km (3 dawriet), ċiklu ta’ 30km (12 il-dawra)  u ġirja ta’ 5km (2 dawriet), it-tellieqa laqgħet parteċipazzjoni tajba u numru ta’ atletli lik kienu qedin jiġġieldu  għat-titlu ta’ Champion tad-Duathlon.

Il-favorit tat-tiġrija Keith Galea telaq b-vantaġġ mill-bidu nett, u żamm distakk sinifikanti quddiem il-kontendenti Josef Bonavia, Steve Ritchie, u Roberto Briffa matul il-ġirja ta’ 8km. Galea kompla b’dan il-vantaġġ għall-biċċa l-kbira tat-tappa taċ-ċikliżmu ta’ 30km, għalkemm it-tlieta l-oħra ppruvaw jnaqssu d-distakk. Żball min naħa ta’ Galea li daħal fiż-żona ta’ transizzjoni wara 10 dawriet flok 12 swietu it-tellieqa.  Galea li kien diga beda il-girja ta’ 5km nduna bl-isball u rega dar biex jispiċċa it-taqsima tar-rota. 

Hawn Bonavia, Ritchie u Briffa  ikkapitalizzaw fuq dan l-iżball u ġrew lejn il-pożizzjonijiet tal-podju. Bonavia li dejjem wera prestazzjoni determinanti, żamm postu fuq quddiem jissielet l-insegwiment ta’ Ritchie. Bonavia rebaħ it-tellieqa b’distakk ta’ żewġ sekondi biss fuq Ritchie. 

Galea, determinat li jpatti għall-iżball tiegħu, għeleb lil Briffa  – b’ distakk ta’ seba sekondi, biex ħa t-tielet post fuq il-podju. Briffa notevolment irrekordja l-aktar taqsima tar-rota veloċi tal-ġurnata.

Il-kategorija femminili kienet iddominata minn Krista Kuusijarvi. Hija żammet il-vantaġġ, matul it-tellieqa kollha, quddiem Danica Bonello Spiteri, Lindsey Zammit u ċ-Champion tas-sena l-oħra Maya Schembri Rodgers. Il-ġlieda għat-tielet post fuq il-podju kienet kompetizzjoni bejn Zammit u Schembri Rodgers, għalkemm Zammit bdiet tkabbar id-distakk fit-taqsima tar-rota li wasslet biex Zammit għeleb liċ-champion tas-sena l-oħra.

Minħabba li t-tiġrija ġiet magħżula bħala l-Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon, it-titlu mar għal Bonello Spiteri minħabba li dan huwa riservat għaċ-Ċittadini Maltin. It-tiġrija saret taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.

It-tellieqa attirat ammont tajjeb ta’ atleti li jikkompetew fl-avveniment tar-relay, li ntrebaħ minn Team H magħmul minn Alexander Schembri (Ġirja) u Nicholas Schembri (Rota), segwit minn Team B – Mark Lewis (Ġirja), Steve Sciberras (Rota) u Team I – Adrian Zahra (Ġirja), Gesred Borg (Rota).

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa mill-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Klabb,  Joseph Farrugia.

Il-Club jixtieq jirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, lil Transport Malta, lill-LESA u lill-Uffiċjali tat-Tlielaq tagħha tal-għajnuna li taw biex saret possibli t-tellieqa.

Riżultati – Kampjonati Nazzjonali tad-Duathlon

 IrġielNisa
Overall  
1stJosef BonaviaKrista Kuusijarvi
2ndSteve RitchieDanica Bonello Spiteri
3rdKeith GaleaLindsey Zammit
   
Gruppi tal-Eta  
Under 23Julian James AsciakMaya Schembri Rodgers
Over 40Neil Falzon
Over 50Joseph Caruana
Over 60Nicky Farrugia

L-avveniment li jmiss tal- Birkirkara St Joseph għall-2024 se jkun time-trial taċ-ċikliżmu organizzat fi Fleur-de-lys nhar il-Ħadd 3 ta’ Marzu.

Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online – https://bsj.mt/event/2024-bsj-cycling-time-trial/

Ekonomija

Sport