Monday, December 23, 2024

Josef Bugeja: Il-prinċipju tal-Union huwa dak li nippromwovu s-solidarjetà u l-bżulija

Aqra wkoll

Ħaddiema minn kumpanija privata li spiċċaw mingħajr xogħol minħabba l-Covid-19 se jaħdmu fuq proġetti turistiċi

Ħidma li saret b’kollaborazzjoni bejn il-Gvern, il-General Workers’ Union (GWU) u s-settur privat, wasslet biex madwar 53 ħaddiem li jaħdmu f’kumpanija privata, u li fl-aħħar jiem spiċċaw mingħajr impjieg minħabba l-Covid-19, minflok jibqgħu d-dar u jirċievu l-iskema ta’ għajnuna ta’ €800 se jkunu qed jaħdmu fuq proġetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Dawn l-istess ħaddiema offrew l-għajnuna tagħhom u se jkunu qed jaħdmu ammont ta’ sigħat fil-ġimgħa b’mod volontarju. 

Dan ħabbritu l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli fejn spjegat li l-ħaddiema se jkunu qed jagħmlu manutenzjoni f’żoni turistiċi f’diversi lokalitajiet fosthom ix-Xemxija, il-Mellieħa, Buġibba, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Wied iż-Żurrieq, u lokalitajiet oħrajn.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja enfasizza li l-prinċipju tal-Union huwa dak li jippromwovu s-solidarjetà u l-bżulija. Il-GWU taħdem mal-Gvern u ma’ min iħaddem biex il-ħaddiema jkunu produttivi, kif jirriżulta anke f’dan il-każ tant li minkejja li għaddejjin minn żmien diffiċli dawwru l-isfidi preżenti f’opportunitajiet.

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel Kenny Muscat spjega li l-maġġoranza ta’ dawn il-ħaddiema huma persuni minn pajjiżi terzi. Huwa żied jgħid li l-GWU rat li dawn il-ħaddiema qegħdin u jistgħu jibqgħu jagħtu kontribut kbir lis-soċjetà permezz ta’ xogħol essenzjali. Fil-fatt, il-GWU ħasset id-dover kemm lilhom u kemm lis-soċjetà biex jingħata servizz lura f’xogħol għal paga supplimentari li qed jirċievu meta s-settur tagħhom intlaqat drastikament ħażin fejn anki f’mument bħal dan qed jaħdmu biex jegħlbu din l-isfida.

ll-ħaddiema ta’ Ozo Malta li qabel il-Covid 19 kienu jaħdmu fi rwoli differenti fit-turiżmu, se jkunu qed jgħinu f’xogħolijiet tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi (FTZD) u mad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni tal-Cleansing.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ozo Malta Fabio Muscat rringrazzjaw lill-Ministeru u lill-GWu u lill-entitajiet kollha li setgħu jagħmlu din l-inizjattiva possibbli waqt li fisser li bħala kumpanija ħassew il-bżonn li jassistu lis-soċjetà bi kwalunkwe mod possibbli.

Ekonomija

Sport