Sunday, December 22, 2024

“Joseph Azzopardi kapaċi jaqdi dan l-irwol b’lealtà lejn il-kariga u l-pajjiż, mingħajr biża’ jew favur

Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li jekk hemm xi ħaġa li hu magħruf għaliha Joseph Azzopardi hi li miegħu taf fejn int. Qal li l-Gvern ressaq in-nomina tiegħu għax ma hemm l-ebda dubju li dak li se jagħmel, se jagħmlu sew, b’impenn u integrità.

“Jien ġenwinament nemmen li din il-kamra għandha għalfejn tħossha grata li fil-mument għandna persuna b’dawn l-attribwiti li kapaċi jaqdi dan l-irwol b’lealtà lejn il-kariga u l-pajjiż, mingħajr biża’ jew favur,” qal il-Ministru Attard.

Huwa appella lill-Oppożizzjoni biex għal mument titbiegħed mill-partiġġjaniżmu estrem u għal darba tkun responsabbli u relevanti. Qal li dan il-Gvern jibqa’ jittama li jirrenja l-buon sens u jasal għall-kompromess.

Però, qal li mhux se jagħmel kif jgħid il-Malti – jgħix bit-tama u jmut bil-piena. “Għaliex dan il-Gvern mhu se jaċċetta qatt li jkollna Oppożizzjoni li terġa’ titfa’ l-pajjiżna fl-abbissi tal-medjokrità,” tenna l-Ministru tal-Ġustizzja.

Ekonomija

Sport