Friday, January 23, 2026

Joseph Portelli f’taħditiet avvanzati biex jixtri l-klabb Taljan Nocerina fis-Serie D

Aqra wkoll

Il-president ta’ Hamrun Spartans, Joseph Portelli, jinsab f’taħditiet avvanzati biex jixtri l-klabb Taljan Nocerina li jilgħab fis-Serie D fl-Italja.

Wara li aktar kmieni dan ix-xahar l-offerta tiegħu għal Siena ġiet rifjutata , Portelli ma ċediex u kompla jsegwi l-ħolma tiegħu li jinvesti fil-futbol Taljan .

Skont rapporti mill-Italja , Portelli hu attirat mill-post ta’ Nocerina fir-reġjun ta’ Campania u fuq kollox għall-passjoni kbira tal-partitarji — element li hu dejjem ifittex f’kull klabb.

Interessanti wkoll li Nocerina jilbsu l-istess kuluri ta’ Hamrun Spartans:

Nocerina bħalissa għaddejjin minn mument pożittiv ħafna fis-Serie D Taljana hekk kif jinsabu fir-raba’ post fil-klassifika bi 33 punt, u qed jokkupaw wieħed mill-postijiet fil-play-offs tal-promozzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport