Friday, December 27, 2024

Joseph Scicluna ma jinstabx ħati li pprova joqtol lil Mark Farrugia

Aqra wkoll

Hekk kif fil-Qorti, kompla jinstema il-ġuri fil-konfront ta’  Joseph Scicluna, mixli b’attentat ta’ qtil fuq raġel ta’ 43 sena, Scicluna ma nstabx ħati. Dan wara li ttieħdu l-voti tal-ġurati bi 8 favur u wieħed kontra.

L-argument bejn iż-żewġt irġiel kien seħħ f’għelieqi fl-inħawi ta’ San Ġakbu. Fix-xhieda tiegħu l-vittma spjega li Scicluna kien attakkah l-ewwel. Min-naħa tiegħu, Scicluna nnifsu sostna li l-allegat vittma ppuntalu senter lejh.

Fil-Qorti, il-ġuri li nstema’ quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, il-ġurati emmnu l-verżjoni ta’ Scicluna li aġixxa biex jiddefendi lilu nnifsu.

Il-Posekuzzjoni tmexxiet mill-Avukati Kevin Valletta u Kayleigh Bonett f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Għal Scicluna deheru l-Avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri, filwaqt li għall-parte civile deher l-Avukat Shaun Zammit.

Ekonomija

Sport