Friday, September 20, 2024

Josh Cavallo jsir l-ewwel player li ħabbar li huwa omosesswali fl-A-league fl-Awstralja

Aqra wkoll

Ritratt: YouTube

Il-player Awstraljan Josh Cavallo ħareġ bħala omosesswali u qal li “ma setax ikun aktar kuntent bid-deċiżjoni tiegħu” biex jitkellem dwar din il-parti ta’ ħajtu.

Il-player ta’ Adelaide United ħabbar dan l-Erbgħa fi stqarrija u sar l-ewwel atleta maskili li stqarr li huwa gay fil-kompetizzjoni tal-A-league fl-Awstralja.

“Kburi li nħabbar pubblikament li jien gay,” qal Cavallo fl-istqarrija u ddikjara li ried joħloq spazju sigur biex players oħra jersqu ‘l quddiem.

“Kien vjaġġ biex nasal sa dan il-punt f’ħajti, imma ma stajtx inkun aktar kuntent bid-deċiżjoni tiegħi li nagħmel dan pubbliku,” qal Cavallo.

“Ilni niġġieled is-sesswalità tiegħi għal aktar minn sitt snin issa, u ninsab kuntent li nista’ nħabbar dan.”

Sport