Hekk kif kollox kien jidher li seta’ jitlaq minn Bayern Munich, id-difensur lemini Joshua Kimmich mistenni jġedded il-kuntratt u għalhekk jilgħab għal iktar snin fil-Bavarja.
Kimmich, li għandu 29 sena, kien qed jissemma’ li se jingħaqad maċ-champions Franċiżi Paris St Germain, iktar u iktar għax kien hemm ċaqliqa fil-bank tas-sostituti meta Vincent Kompany beda jmexxi lit-tim.
Minkejja kollox, Kompany ta fiduċja kbira lil Kimmich fejn qallu li hu jagħmel parti mill-proġett tiegħu għal dan l-istaġun li għadu kemm beda.