Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Bayern Munich Joshua Kimmich se jkun qed iġedded ma’ Bayern Munich. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ilu jilgħab fil-Bavarja għaxar snin. Hu skorja 27 gowl f’278 logħba filwaqt li għandu esperjenza vasta fit-tim nazzjonali Ġermaniż. Hu skorja seba’ gowls f’97 partita.
Kimmich qal li jinsab għal qalbu fl-Allianz Arena u għandu jkun biss formalita’ li jiffirma estensjoni tal-kuntratt.