Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Joshua Kimmich se jkun qed jieħu deċiżjoni definittiva dwar il-futur tiegħu hekk kif il-kuntratt li għandu ma’ Bayern Munich se jiskadi f’Ġunju.
Kimmich ikkonferma li t-tim mill-Bavarja diġa’ saqsih dwar il-pass li jmiss u hu qalilhom se jpoġġi bilqiegħda flimkien mal-aġent tiegħu u d-direttur sportiv Max Eberl.
Kimmich għandu 29 sena u ilu mat-tim minn Munich sa mis-sena 2015 fejn lagħab 274 partita u skorja 26 gowl.