Hemm xnigħat li l-futur ta’ Joshua Zirkzee ma’ Manchester United hu ferm imċajpar. Fil-fatt fil-logħba tal-bieraħ kontra Leicester City mill-Premier League Ingliż, il-plejer Olandiż beda fuq il-bank tas-sostituti.
Sadanittant fi statistika li ħarġet minn gazzetta Ingliża, Zirkzee beda biss f’erbgħa minn 11-il logħba milgħuba mar-Red Devils.
Zirkzee għandu 23 sena u lagħab ma’ Bayern Munich, Parma, Anderlecht u Bologna.