Saturday, December 21, 2024

Josianne Cutajar mhix se tikkontesta għall-elezzjonijiet tal-PE

Aqra wkoll

“Wara 12-il sena nservi fil-ħajja pubblika, ħadt deċiżjoni li ma nikkontestax għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew”. Iddikjarat dan l-Ewroparlamentari Josianne Cutajar filwaqt li qalet li minkejja li kienet deċiżjoni diffiċli, hija waħda bżonjuża f’dan l-istadju. 

Hija rringrazzja lil dawk l-eluf li wrewha sapport u emmnu fiha matul dan il-vjaġġ. Lill-għeżież tagħha, lil dawk qribha, lill-Partit Laburista, lit-tim u lill-canvassers, lill-elettorat Naduri li eleġġieha għal darbtejn fil-Kunsill Lokali tan-Nadur, u lill-elettorat Għawdxi u Malti li għall-ewwel darba eleġġa l-ewwel Għawdxija u l-iżgħar Maltija qatt eletta fil-Parlament Ewropew.

Hija kompliet biex tgħid kemm hija kburija li kellha l-privileġġ tirrapreżenta lill-poplu Malti u Għawdxi. Tenniet li hija għamlet pressjoni kontinwa għal politika u liġijiet Ewropej li jirrikonoxxu aħjar ir-realtajiet u sfidi affaċjati minn gżejjer bħal pajjiżna. 

Cutajar temmet tawgura lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-kandidati f’isem il-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali li ġejjin. 

Ekonomija

Sport