Huma biss €10 miljun differenza li hemm bejn Arsenal u Bayer Leverkusen sabiex il-Ġermaniżi jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder Svizzeru Granit Xhaka. Dan tal-aħħar hu objettiv primarju għall-kowċ ta’ Leverkusen Xavi Alonso li jixtieq isaħħaħ nofs il-grawnd.
Min-naħa tiegħu, Xhaka diġa’ approva dan it-trasferiment u qed jittama li l-Gunners jirranġaw id-differenza fil-prezz sabiex ikun jista’ jilbes il-flokk il-ġdid tat-tim tiegħu.
Fil-fatt is-somma oriġinali li qed jitolbu Arsenal hi dik ta’ €25 miljun.